Lokali

Il-PM ma jilqax it-talba tal-Oppożizzjoni biex żgħażagħ ta’ 16-il sena jivvutaw fir-Referendum tal-Kaċċa

Dan minkejja li se jkunu qed jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Illejla fil-Parlament, għal mistoqsija tal-Oppożizzjoni dwar jekk hux possibbli li fir-referendum jingħata wkoll id-dritt tal-vot lil dawk fl-età ta’ 16-il sena, il-Prim Ministru wieġeb li dan mhux possibbli minħabba li l-liġi favur il-vot lil dawk fl-età ta’ 16-il sena li se jkollhom dritt jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, daħlet fis-seħħ wara li saret il-petizzjoni għar-referendum.