Is-sitwazzjoni ta’ ffullar fl-Isptar Mater Dei qed tkompli tmur għall-agħar bil-minuti, hekk kif issa jidher li dan mhux biss qed jinħass fis-swali tal-Isptar, iżda wkoll fil-kurituri.
Persuni li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalu li l-kurituri tal-X-ray Medical Imaging hu mimli b’45 pazjent. Dan minbarra li hemm żewġ lifts min-naħa tal-entratura prinċipali tal-Isptar li mhumiex jaħdmu għax jagħtu għall-kuritur tal-X-ray Medical Imaging, li hu ffullat bil-pazjenti.
Persuni oħrajn li għamlu kuntatt magħna qalu wkoll li anke l-kuritur tal-Pediatrics fin-naħa tal-Emerġenza hu ffullat bil-pazjenti.
(Ritratt: Arkivji)
//= $special ?>