Is-servizzi sigrieti Amerikani, Ġermaniżi u Israeljani wissew il-Vatikan u l-Gvern Taljan li għandhom indikazzjonijiet li l-Vatikan jinsab fil-mira tal-ISIS. Imma fl-istess ħin il-media Taljana qalet li ma nkixef ebda pjan speċifiku imma l-ġurnal Ġermaniż “Bild” qal li hemm erba’ gruppi diretti lejn l-Ewropa b’dan l-iskop.
L-ISIS ilu jagħmel theddid kontra l-Vatikan u fi tmiem il-ġimgħa saħansitra ħareġ filmat mimli theddid fejn fl-isfond intuża filmat b’diversi xeni ta’ Ruma. Ftit tax-xhur ilu, l-ISIS kien wkoll ħareġ ir-rivista tiegħu, Dabiq, fejn fuq il-qoxra kien hemm bandiera tal-ISIS tperper fil-Vatikan
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada
//= $special ?>