Il-Gvern Tiork konferma li l-mara mfitxija b’rabta mal-attakki terroristiċi tal-ġimgħa li għaddiet f’Pariġi, kienet qasmet mit-Turkija lejn is-Sirja.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Tork qal li Hayat Boumeddiene fit-8 ta’ Jannar – il-jum ta’ wara l-attakki kontra l-uffċini ta’ Charlie Hebdo, mit-Turkija irnexxielha taqsam lejn is-Sirja. Hi l-kompliċi ta’ Amedy Coulibaly li qatel pulizija mara u wettaq il-massakru f’supermarkt f’Pariġi l-Ġimgħa filgħaxija
Jiriżulta li hi marret it-Turkija minn Spanja.
Aktar f’NET NEWS tal-lejla u IN-NAZZJON ta’ għada.
//= $special ?>