Lokali

Kunċert ta’ Mużika Sagra fil-Floriana – ikanta Friar Alessandro

Is-Soċjeta Filarmonika Vilhena se ttella’ kunċert ta’ Mużika Sagra nhar is-Sibt 7 ta’ Frar, 2015. Dan il-kunċert se jsir fil-knisja Arċipretali ta’ San Publju, fil-Floriana, u se jibda fit-20.00. Il-kunċert li jġib l-isem ta’ Concerto di Musica Sagra se jkun taħt il-Patronċinju tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca kif ukoll se jkun hemm preżenti l-E.T. l-Isqof Charles J. Scicluna.

F’dan il-kunċert se jkanta t-tenur ta’ fama mondjali – il-Patri Franġiskan Alessandro Brustenghi, magħruf l-aktar fid-dinja tal-mużika bħala Friar Alessandro. Huwa se jkun akkumpanjat mill-Banda Vilhena, taħt il-Maestro Heatcliffe Balzan, l-arpista Anne Marie Camilleri Podesta kif ukoll is-sopran Ruth Sammut Casingena u t-tenur  Arthur Micallef. Il-kunċert se jkollu d-dħul b’xejn imma se tintalab donazzjoni ta’ €10 għal kull biljett biex tingħata donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund.

Is-Soċjeta tħeġġeġ lill-pubbliku biex jattendi għal dan il-Kunċert ta’ Mużika Sagra minn Patri Alessandro li se jkun l-ewwel kunċert tiegħu f’pajjiżna.

Il-bookings għall-kunċert ta’ Patri Alessandro fetħu nhar is-Sibt 10 ta’ Jannar, il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-Każin Vilhena, Kunsill Lokali Floriana, Jobbers Ironmongery fil-Floriana u Nara Camicie ta’ Valletta u Tas-Sliema.

Dettalji oħra tistgħu ssibuhom hawnhekk.

Frir alessandor floriana