L-eks Ministru Manuel Mallia ma kienx preżenti fil-Parlament fil-bidu tas-seduta fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, u li fetħet ix-xogħol parlamentari għal din is-sena l-ġdida.
Maġġoranza kbira tal-membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra, sal-ħin tal-mistoqsijiet kienu preżenti fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
L-eks Ministru Manwel Mallia, kellu jirriżenja x-xahar li għadda b’rabta mal-każ tal-isparatura tax-xufier tiegħu f’inċident li seħħ bil-vettura tal-eks-Ministru Mallia, u wara dikjarazzjonijiet li saru mill-istess Manwel Mallia dwar il-każ.
Wara li rriżenja minn Ministru qabel il-waqfa tal-Parlament għall-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, Manwel Mallia m’attendiex is-seduti tal-Parlament.
Fil-bidu tas-seduta Parlamentari, tħabbar li d-Deputat Labrista Godfrey Farrugia nħatar bħala Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, u li se jieħu r-rwol ta’ Carmelo Abela li nħatar Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali wara r-riżenja ta’ Manwel Mallia mill-Kabinett ta’ Muscat.
Il-Kamra bħalissa qed tiddiskuti l-att terroristiku li seħħ fi Franza l-ġimgħa li għaddiet u aktar tard se tiddiskuti r-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa u l-insib li se jsir fil-11 ta’ April li ġej.
//= $special ?>