Għat-tieni darba fi ftit jiem, iż-żona tal-Universita’ ta’ Malta kienet fil-mira ta’ artisti tal-graffiti li għal darb’oħra pinġew messaġġ relatat mal-massakru ta’ Franza fuq il-ġurnal Charlie Hebdo.
Il-Ġimgħa 9 ta’ Jannar: Matul il-lejl li għadda persuna jew persuni mhux magħrufa pinġew graffiti bil-kliem #JeSuisCharlie bħala tribut lill-ġurnalisti li nqatlu waqt l-attakk fuq il-kwartieri tal-gazzetta satirika Charlie Hebdo.
Il-graffiti tinsab ma’ wieħed mill-ħitan fin-niżla li mill-main road ta’ bi dritt l-Universita’ twassal propju għall-kampus.
Il-qtil tal-ġurnalisti Franċiżi, attakk fuq il-liberta’ tal-esressjoni, wassal biex l-espressjoni #JeSuisCharlie saħanistra tpoġġiet mat-timetable ta’ waqfa tal-linja taħt Bieb il-Bombi fil-Furjana.
//= $special ?>