Futbol Sport

Rivokata s-sospensjoni tal-Kit Manager ta’ Balzan ta’ David Spiteri

Is-sospensjoni ta’ sena li kienet ingħatat lill-kit manager David Spiteri mill-Kummissarju tad-Dixxiplina fi ħdan l-MFA tneħħiet għal kollox u nbidlet f’multa wara l-appell.

Fattur ewlieni għall-bidla fis-sentenza kienet l-evidenza li pproduċew Balzan, fosthom filmati.

Il-Ħamis 8 ta’ Jannar: Illum Balzan jappellaw is-sospensjoni ta’ sena mogħtija lill-kit manager David Spiteri mill-Kummissarju tad-Dixxiplina fi ħdan l-MFA.

Is-sospensjoni ngħatat wara argumenti u ġlied li nqala mat-tisfira finali tal-partita bejn l-istess Balzan u Mosta fl-20 ta’ Diċembru li għadda. Balzan rebħu din il-logħba 1-0.

Fost il-provi li mistennija jippreżentaw Balzan hemm filmati li juru dak kollu li seħħ waqt l-argumenti.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).