Fl-aħħħa tliet snin mill-2012 sa Settembru tas-sena l-oħra, kien hemm kull sena 17-il omm ta’ aktar minn 43 sena li kellhom tarbija.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament illejla fi tweġiba tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Frederick Fearn, għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech.
Meta ken qed iwieġeb għal aktar mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista, is-Segretarju Parlamentari qal li s-servizz tal-IVF se jibda minn dan ix-xahar stess u hemm diġà 30 koppja li beda l-proċess biex fl-aħħar ta’ dan ix-xahar jibdew isiru ċ-ċikli tal-IVF għall-ewwel koppji.
Il-pjan hu li jkun hemm sessjoni kull xahrejn li jfisser li dan is-servizz ikun ingħata lil madwar 150 u 200 koppja f’Mater Dei.
Jirriżulta wkoll li hemm madwar 330 koppja li applikaw għas-servizz tal-IVF, u jkun Kumitat apposta li jagħżel il-koppji li jkunu eleġibbl għal dan is-servizz.
//= $special ?>