Lokali

Anzjan jitlef ħajtu wara li waqa’ t-taraġ

Anzjan ta’ 68 sena tilef ħajtu wara li tgerbeb it-taraġ tar-residenza tiegħu fi Triq tal-Mirakli f’Ħal-Lija.

Il-każ li seħħ għall-ħabta tas-6.10 ta’ dalgħodu meta r-raġel instab minn martu li semgħet ħoss u qamet tara x’ġara. Hi sabet lir-raġel tagħha mixħut mal-art f’nofs it-taraġ, b’għadira demm taħtu.

Immedjatament malli daħal rapport fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, fuq il-post mar tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel, li madankollu miet ftit wara kawża ta’ attakk tal-qalb.

Il-Maġistrat Neville Camilleri ġie nfurmat bil-każ u fetaħ inkjesta bl-għajnuna ta’ numru ta’ esperti biex jassistuh. Aktar stħarriġ għadu għaddej.