Fl-aħħar sigħat intlaħaq ftehim bejn il-Hibs Ultras, il-partitarji ta’ Hibernians f’pajjiżna, u l-White Force Nadur Ultras, l-ultras tal-klabb Għawdxi Nadur Youngsters.
Iż-żewġ gruppi ta’ partitarji filfatt ingħaqdu flimkien għall-partita bejn Hibernians u Naxxar Lions li ntlagħbet il-Ħadd.
Il-ġemellaġġ mistenni jitħabbar b’mod uffiċjali fil-21 ta’ Jannar li ġej qabel il-logħba mir-raba’ rawnd tal-FA Trophy bejn iż-żewġ klabbs.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

