L-attakkant ta’ Tarxien Rainbows Carlos Hevia Menendez intagħżel bħala l-BOV Plejer tax-xahar għal Diċembru 2014.
L-attakkant Spanjol, magħruf bħala ‘Carlinos’ kien strumentali fir-rebħa tar-Rainbows fuq Naxxar li begħdithom miż-żona tar-relegazzjoni. Il-pass preċiż lil Aboulezz fir-34 minuta tahom din ir-rebħa li tant kellhom bżonn.
Carlinos skorja il-gowl ta’ Tarxien fit-telfa ta 2-1 kontra Żebbuġ. Seraq il-ballun barra l-kaxxa u spara xutt fil-kantuniera l-baxxa ta’ Fabricio Rapchan Morales fil-lasta ta’ Żebbuġ. Din il-prestazzjoni ratu vvutat bħala l-BOV Plejer tal-logħba.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

