Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum, it-Tlieta 13 ta’ Jannar.

IN-NAZZJON tirrapporta fid-dettall it-tliet prijoritajiet li fassal il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil wara t-tibdil imħabbar fix-shadow cabinet Nazzjonalista. Stejjer oħra jiffukaw fuq il-kriżi fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, u l-inċident tal-bieraħ li fih tilef ħajtu turist Ġermaniż.

THE TIMES OF MALTA tippubblika ir-ritratt tal-vittma, Rainer Mader, fejn jingħad li hu kien fl-ewwel jum tal-btala tiegħu f’Malta.

THE MALTA INDEPENDENT tikkwota lil Marlene Farrugia tgħid illi l-ħatra ta’ Godfrey Farrugia bħala whip tal-Grupp Parlamentari Laburista mhux se twaqqafha milli tkompli titkellem fil-beraħ u tikkritika lill-Gvern fejn hemm bżonn.

L-ORIZZONT jirrapporta illi Bank prominenti mill-Oman lest jinvesti f’Malta.