Il-Gvern irtira d-deċiżjoni li ħa aktar kmieni llejla, u d-dibattitu dwar l-Enemalta mhux se jsir għada kif kien qed jinsisti l-Gvern.
Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, David Agius, irrimarka li l-Oppożizzjoni se tibqa’ tinsisti li jkollha d-dokumenti neċessarji marbuta mal-privatizzazzjoni tal-Enemalta qabel ma jsir id-dibattitu.
Il-Ministru Carmelo Abela qal li l-Gvern lest li jipposponi d-dibattitu u fakkar li l-Gvern ried li jsir id-dibattitu dwar l-Enemalta , f’Diċembru li għadda u li kienet l-Oppożizzjoni li talbet posponiment tad-dibattitu.
David Agius ikkjarifika li kien il-Gvern li ddeċieda waħdu data dwar id-diskussjoni fil-Parlament, u fid-data li għażel il-Gvern il-Kap tal-Oppożizzjoni kien se jkun imsiefer fuq xogħol tal-Partit Popolari Ewropew.
Hu mistenni li fil-jiem li ġejjin se jkun hemm aktar taħditiet bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni dwar id-data tad-dibattitu.
//= $special ?>