Qorti fl-Eġittu waqqgħet is-sentenzi ta’ ħabs dwar korruzzjoni li ngħataw lill-eks-President Hosni Mubarak u liż-żewġ uliedu subien, filwaqt li ordnat biex il-ġuri jinstema’ mill-ġdid.
Mubarak intbagħat il-ħabs għal tliet snin f’Mejju wara li kien instab ħati li bi frodi għabba lill-gvern bil-piż ta’ $14-il miljun fi spejjeż personali. Iżda qorti sabet li l-proċeduri legali ma kinux esegwiti tajjeb.
Dan kien l-aħħar każ li kien għad baqa’ biex Mubarak jibqa’ miżmum. L-eks-President ta’ 86 sena kienu ilu miżmum il-ħabs minn April tal-2011.
Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada
//= $special ?>