Il-Parlament jinsab sospiż biex l-Ispeaker jagħti ruling dwar id-deċiżjoni tal-Gvern li fis-seduta ta’ għada jiddiskuti l-Enemalta u l-ftehim li l-Gvern iffirma dwar il-privatizzazzjoni tal-Enemalta meta l-Oppożizzjoni ma qablitx li d-diskussjoni ssir għada minħabba li l-Gvern għadu ma ppubblikax id-dokumenti marbuta mal-ftehim li l-Gvern iffirma mal-kumpanija tal-Gvern Ċiniż, Shanghai Electric.
Aktar kmieni waqt is-seduta parlamentari tal-lejla, fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra l-Oppożizzjoni nsistiet mal-Gvern li għandu jkollha d-dokumenti u l-informazzjoni marbuta mal-privatizzazzjoni tal-Enemalta qabel ma jkun hemm data li fiha jiġi diskuss il-ftehim li għamel il-Gvern dwar l-Enemalta.
Fil-ħin li fih il-Gvern kien se jaġġorna l-Parlament għal għada, il-Ministru Carmelo Abela informa lill-Ispeaker li l-Gvern kien se jiddibatti l-Enemalta fis-seduta ta’ għada filgħaxija.
Dwar din id-deċiżjoni tal-Gvern, il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, David Agius, qal li l-Oppożizzjoni mhix qed taqbel li d-diskussjoni ssir għada, u talab ruling tas-Sedja fid-dawl ta’ dak li kien diskuss fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.
//= $special ?>