James Lungaro Mifsud, magħruf aħjar bħala Mercury għall-prestazzjonijiet tiegħu fejn jimita lil Freddy Mercury, xi jiem ilu ra qattusa mejta f’nofs ta’ triq, mimlija demm, wara li ttajret minn karozza.
Imma kuntrarju għal dak li ħafna jagħmlu, James iddeċieda li jaqbad din il-qattusa, idaħħalha f’daru u jidfinha fil-ġardina tiegħu.
Imma lbieraħ James ħa qatgħa meta sema’ l-kelb jinbaħ, u qal li malli dar isib lill-istess qattusa warajh. Wara dan l-episodju, James iddeċieda li dalgħodu jħaffer fil-ġardina fl-istess post fejn kien difen lill-qattusa … u sab il-ħofra vojta.
Fuq Facebook hu kiteb li sejjaħ veterinarju biex jivverifika dan l-episodju u jiċċekkja li l-qattusa hi b’saħħitha.
//= $special ?>