Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija espremiet nuqqas ta’ qbil qawwi mat-taxxa l-ġdida fuq il-propjeta’ li ħabbar il-gvern fl-ahhar baġit.
Fi stqarrija l-Kamra tal-Kummerċ qalet li temmen li t-taxxa l-ġdida se jkollha effett negattiv fuq is-suq tal-propjeta li fl-aħħar perjodu kien qed juri sinjali li qed jirkupra.
Il-Kamra qalet li t-taxxa proposta se teffettwa negattivament il-proġetti l-kbar li qed jitwettqu u li huma proġettati biex jgħollu l-kwalita tal-porpjeta residenzjali f’Malta. Ħafna minn dawn il-proġetti kienu finanzjati permezz ta’ fondi pubbliċi li kienu ibbażati fuq ir-regoli ta’ taxxi preżenti.
Il-Kamra tal-Kummerċ qalet ukoll li t-taxxa proposta se tipprovdi opportunita għall-abbuż għaliex tneħħi l-inċentiv għax-xerrejja biex jiddikjaraw il-valur propju tal-propjeta. Is-sistema proposta tinċentiva lil min ma jiddikjarax il-valur veru tal-propjeta.
Fl-istqarrija l-Kamra tal-Kummerċ wissiet li t-taxxa proposta tinkoraġixxi lill-iżviluppaturi biex ma jitolbux l-irċevuta fiskali relatati mal-ispjjeż.
Dan iwassal għal inqas dħul għall-gvern iżda minbarra dan, il-gvern qed jirriskja wkoll li jkollu tnaqqis fid-dħul fit-taxxa mis-settur tal-bejgħ tal-propjeta u f’dikjarazzjonijiet ta’ dħul minn transazzjonijiet li fuqhom ikun hemm evażjoni tal-VAT.
Jekk il-gvern irid ikun f’pożizzjoni li jdaħħal id-dħul dovut lilu minn taxxa fuq il-propjeta, il-proposta tal-Kamra tal-Kummerċ hi li jkun hemm tnaqqis li fuqha titħallas it-taxxa proviżorja.
//= $special ?>