Għawdex Lokali

It-televixin tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fuq is-Super One

Diversi persuni li għamlu kuntatt mal-Kamra tal-Aħbarijiet qalulna li minn dalgħodu, it-televixin tal-Casualty Waiting Room fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex tpoġġa fuq l-istazzjon televiżiv tal-Partit Laburista.

Il-persuni li tkellmu magħna qalu li ħassewhom diżgustati li f’post pubbliku bħall-Isptar kellhom isegwu bilfors stazzjon politiku u fil-ħin tal-aħbarijiet kellhom bilfors isegwu aħbarijiet partiġġjani.