Din hi l-ewwel faċċata tar-rivista Charlie Hebdo minn wara l-attakk ta’ sitt ijiem ilu u li se tkun pubblikata nhar l-Erbgħa.
Fil-faccata, li fiha jidher il-profeta Muhammed b’demgħa u jzomm il-kitba “Je Suis Charlie”, hemm ukoll il-kliem “Kollox maħfur”, b’referenza għall-attakk fuq il-bini ta’ Charlie Hebdo li fih inqatlu 12-il persuna.
Nhar l-Erbgħa mistennija jkunu pprintjati xejn inqas minn miljun kopja tar-rivista, imma mhux eskluż li jkunu pprintjati iktar, saħansitra tliet miljun kopja. Qabel l-attakk kien jigu printjati 60,000 kopja u kienu jinbiegħu 30,000 biss,
L-edizzjoni ta’ din il-Gimgħa ta’ Charlie Hebdo se tkun ukoll b’16-il lingwa differenti.
//= $special ?>