Lokali

Konrad Mizzi iżur tim mediku Ċiniż li ġej Malta għal sentejn

Iż-żjara mhux imħabbra mill-Gvern Malti iżda minn sit Ċiniż

Il-Ministru Konrad Mizzi jaħbi żjara fiċ-Ċina.

Tim mediku ta’ sitt persuni miċ-Ċina ġej Malta biex joffri servizzi mediċi fil-qasam tal-infertilita’ għal perijodu ta’ sentejn. Il-Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi  żar lil dan it-tim mediku f’Nantong fil-provinċja Ċiniża ta’ Jiangsu.

Din l-aħbar taż-żjara ta’ Konrad Mizzi fiċ-Ċina u l-miġja ta’ dan it-tim mediku ma waslitx minn stqarrija uffiċjali tal-Gvern Malti iżda mis-sit tal-ġurnal Ċiniz China Daily.

China Daily tirraporta li t-tim mediku bħalissa għaddej bl-aħħar taħriġ fil-lingwa u mistenni jasal Malta f’April.

China Daily tikkwota lill-Ministru Konrad Mizzi jesprimi l-gratitudni tiegħu għall-kontribuzzjoni tal-provinċja ta’ Jiangsu għat-titjib tas-saħħa f’Malta. China Daily tkompli li skont Konrad Mizzi, Malta għandha rata għolja ta’ infertilita’.

It-tim mediku Ċiniż se jintroduċi terapiji mediċi tradizzjonali Ċinizi f’Malta fosthom terapiji farmaċewtiċi, acupuncture u tuina – forma ta’ massaġġi terapewtiċi.