Manager ta’ stabbiliment ewlieni f’Paceville safa’ aggredit minn raġel mir-Renju Unit li ħariġlu mus u beda jhedded lilu u lis-securities tal-istess club.
Fuq il-post waslu immedjatament uffiċjali tal-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan li kkontrollaw lir-raġel u ġie arrestat.
Minn informazzjoni li għandna jirriżulta li l-barrani, residenti f’Tas-Sliema, tant kien fis-sakra li lanqas biss kien kapaċi jikkomunika mal-Pulizija. Ir-raġel inżamm arrestat sa kmieni dalgħodu u nħeles wara li ġie f’tiegħu.
//= $special ?>