Lokali

Min hi l-isbaħ personalità femminili f’Malta?

Il-kantanta Ira Losco, l-ambjentalista Moira Delia, il-ġurnalista Daphne Cassar jew il-preżentatriċi Pauline Agius?

Kompetizzjoni li bdiet fl-aħħar jiem fuq is-sit Firstmalta għandha l-għan li tistabilixxi min hi l-isbaħ personalita’ femminili fuq it-televiżjoni f’Malta. Biex wieħed jivvota qed jintalab li jagħfas share fuq Facebook.

S’issa, il-kantanta Ira Losco għandha 320 vot u tinsab fil-vantaġġ fuq Pauline Agius, li għandha 190 f’kompetizzjoni li intlaqgħet ħafna minn dawk li jużaw Facebook bil-voti jiġu rreġistrati b’pass mgħaġġel ħafna.

U int? Min taħseb li ħaqqu jirbaħ dan l-unur?