Futbol Sport

Mistennija l-firma ta’ Nassir Maachi ma’ Birkirkara

L-ewwel barrani li se jkunu qed jiffirmaw Birkirkara hu l-attakkant Olandiż ta’ 29 sena Nassir Maachi.

Hu wasal f’pajjiżna u llum attenda għall-ewwel sessjni ta’ taħriġ ma’ Birkirkara, bil-firma tiegħu mistennija tasal wara li jgħaddi mit-testijiet mediċi.

Maachi għandu CV mill-iktar interessanti. Hu tela’ mill-akkademja ta’ Utrecht, klabb li ddebutta miegħu fl-istaġun 2005/06. Wara hu lagħab ukoll għal FC Dorbrecht, SC Cambuur u FC Zwolle, dejjem fl-Olanda.

Fl-2012 imbagħad Maachi ngħaqad ma’ AEK Larnaca f’Ċipru fejn qatta’ żewġ staġuni, lagħab 41 logħba u skurja 13-il gowl qabel skadielu l-kuntratt f’Mejju tal-2014.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).