Il-Partit Komunista Ċiniż keċċa politiku li kien investigat dwar korruzzjoni. Il-kummissjoni ta’ kontra l-korruzzjoni fiċ-Ċina qalet li dan hu l-aħħar każ minn serje ta’ każi dwar korruzzjoni kontra uffiċjali f’karigi għoljin u li huma involuti fil-politika u fin-negozju.
Bai Enpei, li kien kap tal-partit fil-provinċja ta’ Yunnan fil-Lbiċ tal-pajjiż, tkeċċa mill-kariga li kellu fil-parlament Ċiniż wara li l-investigaturi sabu li hu xxaħħam għal ammonti kbar ta’ flus.
Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.
//= $special ?>