Il-problema tal-iffullar fl-Isptar Mater Dei, mhux biss fis-swali imma issa wkoll fil-kurituri, wasslet biex soru tal-klawsura tpoġġiet f’sala tal-irġiel fl-Isptar Mater Dei.
Din is-sitwazzjoni qed twassal għal problemi, nuqqas ta’ privatezza u skumdita’ għall-pazjenti.
Imma issa anke’ l-aċċessibilta’ f’dan l-isptar qed tiġi affettwati hekk kif xi lifts m’għadomx jintużaw għaliex quddiemhom tpoġġew wheelchairs u f’xi każi anke’ stretchers. Pazjenti oħra saħansitra tpoġġew fil-kċina filwaqt li Area 2 inbidlet f’ward.
//= $special ?>