Forzi militari mmexxija mill-Istati Uniti wettqu 18-il azzjoni militari mill-ajru kontra l-ISIS fis-Sirja u fl-Iraq matul dawn l-aħħar 24 siegħa.
Tnax minn dawn l-attakki saru fl-Iraq, il-maġġoranza tagħhom f’zoni fit-Tramuntana fejn il-militanti ħatfu diversi territorji. L-attakki kellhom fil-mira tagħhom diversi taqsimiet tattiċi, binjiet u tagħmir li huma proprjetà tal-militanti.
Fis-Sirja, sitt attakki komplew jolqtu lil Kobani qrib il-fruntiera mat-Turkija, tant li qerdu tmien qagħdiet tal-ġlied kif ukoll vettura armata.
//= $special ?>