Lokali

Akkużi serji ta’ diskriminazzjoni

Wara li fil-ġimgħat li għaddew ħarġu l-promozzjonijiet fil-kariga ta’ ‘Emergency Ambulance Team Leader’ fil-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa, informazzjoni li waslitilna tikkonferma illi tressqu oġġezzjonijiet quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fuq il-mod diskriminatorju kif ingħataw dawn il-promozzjonijiet.

‘In-Nazzjon’ illum ippubblika dettalji illi juru kif fost il-persuni li nqabżu f’dawn il-promozzjonijiet kien hemm anke xi shop stewards li kellhom esperjenza ferm akbar minn dawk li ħadu l-promozzjoni. Jirrizulta li sar ukoll theddid fuq impjegati fil-garaxx tal-ambulanzi biex zewg haddiema partikolari jilħqu l-għan tagħhom. Id-dettalji kollha fin-Nazzjon tal-lum.