AĠĠORNATA
Il-magazine Charlie Hebdo ħareġ għall-bejgħ, ġimgha wara l-attakki fuq il-binja tal-magazine Franciz fil-kapitali Parigi. Kif tħabbar ilbieraħ, fil-faċċata tac-Charlie Hebdo hemm karikatura tal-profeta Muhammed.
L-editorjal tal-magazine jgħid illi fl-aħħar ġimgħa, Charlie ghamel mirakli ferm aktar mill-profeti u l-qaddisin kollha flimkien. L-editur ifakkar li dan il-magazine satiriku huwa ateju…u jfakkar ukoll li d-dħul minn din l-edizzjoni speċjali se jmur għall-qraba tal-vittmi.
Sadatant, kien rappurtat li f’numru ta’ bliet Franċiżi l-magazine kien diġa’ sold-out minn kmieni filgħodu. Dan minħabba d-domanda kbira li kien hemm għalih.
//= $special ?>