Id-difensur ta’ 25 sena Manuel Bonaque bħalissa jinsab f’pajjiżna għal prova ma’ Tarxien Rainbows.
Dan id-difensur hu prodott tal-akkademja ta’ Recreativo de Huelva u kompla javvanza l-ewwel għat-tieni skwadra tal-klabb u wara mal-iskwadra ewlenija fejn lagħab 23 logħba fl-istaġun 2012/13.
F’Jannar tal-2013 Bonaque għadda b’self għand Villareal B fejn lagħab biss tliet logħbiet u għalhekk, mat-tmiem tas-self, hu għadda għand UD Almería B fejn fl-istaġun li għadda lagħab 29 logħba.
Kien fil-21 ta’Awwissu li għadda li Bonaque ffirma kuntratt ma’ Real Avilés. Madankollu ma’ dan il-klabb lagħab ftit li xejn.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>