L-eks plejer ta’ Juventus Davide Lorenzo wasal f’pajjiżna u ffirma kuntratt ma’ St.Georges. Lorenzo hu midfielder avvanzat/winger li għal xi żmien lagħab mal-iskwadra ta’ taħt id-19-il sena ta’ Juventus.
Hu beda l-karriera tiegħu ma’ Rivoli Calcio bejn l-2002 u l-2004 qabel ingħaqad ma’ Torino fejn dam sal-2006. Kien fl-2006 li ġie akkwistat minn Juventus u bejn l-2009 u l-2011 kien ġie misluf lil Alessandria Calcio.
Fl-2011 imbagħad Lorenzo ngħaqad ma’ Cuneo Calcio fis-Serie C u staġun wara niżel fis-Serie D ma’ Vogera. Fl-istaġun 2013/14 Lorenzo lagħab għal Sanbonifacese fis-Serie D u fi tmiem l-istaġun ingħaqad ma’ Acqui Terme.
Madankollu f’Settembru ddeċieda li jħalli l-Italja fejn qatta’ xahar ma’ Raufoss fit-tieni diviżjoni Norveġiża, u x-xahar ta’ Novembru ma’ K.V. Turnhout tal-Belġju.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
Ritratt: Davide Lorenzo jiffirma fil-kumpanija tal-President John Pavia u t-Team Manager Jason Vella.
//= $special ?>