Futbol Sport

Filmat: Andre’ Schembri jerġa’ jiskurja f’Ċipru

Ikompli r-ritorn tal-ħolm għal Andre’ Schembri f’Ċipru hekk kif illum reġa’ skurja fir-rebħa ta’ 4-0 li Omonia Nicosia kellhom fuq Ayia Napa mit-Tazza Ċiprijotta.

Kien propju l-midfielder avvanzat Malti li fetaħ l-iskor fis-46 minuta tal-partita. Dan il-gowl witta’ t-triq għal Omonia, li komplew iżidu l-iskor fil-51′ permezz ta’ Leandro, minuta wara minn Andraz Kirm u fl-74′ b’gowl ta’ Onisiforos Roushias.

Dan hu t-tieni gowl f’żewġ logħbiet għal Andre’ Schembri.Dan wara li hu daħal bħala sostitut fil-75 minuta tal-logħba kontra Ethnikos Achnas, id-debutt tiegħu wara r-riorn lura f’Ċipru, u skurja fid-89 minuta għal skor finali ta’ 2-0.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).