Folol kbar attendew bi ħġarhom fil-kapitali ta’ Sri Lanka biex jaraw lill-Papa Franġisku jiċċelebra quddiesa li matulha kkanonizza l-ewwel qaddis għall-pajjiż.
Il-Papa appella lin-nies biex jimxu fl-eżempju ta’ Joseph Vaz, missjunarju li għex fis-seklu 17, waqt servizz liturġiku li sar fil-belt kapitali ta’ Colombo.
Il-mexxej tal-Knisja Kattolika talab “għat-tfittxija tal-verità” sabiex wieħed jippromwovi “l-ġustizzja, ir-rikonċiljazzjoni u l-għaqda” wara snin ta’ gwerra.
Iż-żjara tal-Papa Franġisku fl-Asja se tissokta fil-Filippini għada.
Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.
//= $special ?>