Jidher li l-pressjoni li saret waqt il-programm Replay fl-aħħar jiem sabiex il-politiċi, miż-żewġ naħat tal-kamra, jitkelmu u jindirizzaw il-problema tal-match fixing f’pajjiżna qed tħalli l-frott tagħha. Dan is-sit jista’ jikkonferma li llum se jkun hemm laqgħa bejn il-Ministru responsabbli mill-Pulizija, Carmelo Abela u l-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-iSport David Agius sabiex jitkelmu dwar dan is-suġġett. Din il-laqgħa kienet skedata wara l-pressjoni li saret mill-programm Replay ta’ nhar il-Ħadd li għadda sabiex il-politiċi jaħdmu flimkien sabiex jindirizzaw din il-problema li qed toqtol mhux biss il-futbol f’Malta iżda anke l-futbol internazzjonali.
Intant il-bieraħ filgħaxija, waqt il-programm Newsdesk fuq Radio 101, David Agius tkellem dwar din il-problema u b’referenza għad-diskussjoni li kien hemm fuq Net Television nhar il-Ħadd filgħaxija, hu qal li bħala kelliem tal-Oppożizzjoni għall-iSport se jkun qed jaħdem sabiex ipoġġi din il-problema bħala prijorita’ fil-ħidma tal-isport lokali. Maltarightnow hu infurmat li l-għada tal-programm Replay, nhar it-Tnejn li għadda kien hemm diversi politiċi miż-żewġ partiti politiċi li għamlu kuntatt mal-MFA sabiex jesprimu l-appoġġ tagħhom lejn il-ħidma tal-MFA kontra l-korruzzjoni u dan wara li raw u semgħu l-karba ta’ Bjorn Vassallo u Franz Tabone, Segretarju u Intergrity Officer tal-assoċjazzjoni rispettivament. Din id-diskussjoni mistennija tkompli fil-jiem li ġejjien.
//= $special ?>
