Internazzjonali

Il-President Taljan Napoletano jirtira

Il-President Taljan Giorgio Napoletano ħabbar li rtira f’ittra tar-riżenja.

It-tluq tiegħu dalgħodu ħalla lill-Prim Ministru Matteo Renzi b’sitwazzjoni diffiċli biex jinstab suċċessur. Bħala l-favoriti ssemmew l-eks Kummissarju tal-Unjoni Ewropea Romano Prodi u l-eks Prim Ministru Giorgio Amato.

Xi kummentaturi qed jgħidu li Renzi jista’ jagħzel li jmur għal elezzjoni jekk ma jkollux appoġġ sabiex jinstab suċċessur flok Napoletano li għandu 89 sena. Ir-rwol tal-president hi aktar ċerimonjali, għalkemm hu jista’ jagħżel Prim Ministru u jxolji l-parlament.