Lokali Qorti

Il-Pulizijja twaqqa’ l-akkużi fil-konfront ta’ waħda mill-attivisti tal-Birdlife

Il-Pulizija waqqħet l-akkużi fil-konfront ta’ Caroline Rance, waħda mill-attivisti ta’ Birdlife wara li Spettur tal-Pulizija ammetta li hija kienet ġiet akkużata bi żball fejn lanqas biss kienet fir-ritratt.

Tliet membri ta’ Birdlife li kienu fotografati jżommu għasafar mejta biex jinfurmaw lill-pubbliku dwar kaċċa llegali, bdew għaddejjin proċeduri l-Qorti quddiem il-Maġistrat Anthony Vella mixlijin b’pusses ta’ speċi protetti. Dan wara li dehru f’ritratt li deher fuq ġurnal lokali jżommu xi speċi.

Il-każ kien beda fuq insistenza tal-Federazzjoni tal-Kaċċaturi, u sar kontra l-membri Fiona Burrows, Nicholas Barbara u Caroline Rance li qegħdin iwieġbu mhux ħatja. Ir-raba’ membru – Rupert Masefield ma kienx notifikat peress li ħalla l-Gżejjer Maltin.

F’Lulju l-Qorti ordnat li tittieħed azzjoni kriminali kontra l-erba’ membri tal-Birdlife wara li l-FKNK għamlet sfida lill-Kummissarju tal-Pulizija biex dawn jiġu nvestigati. Dan meta’ f’Ottubru tal-2012, il-Birdlife ippubblikaw ritratt li għaddewh lil media fejn membri tagħhomn deheru flimkien ma’ diversi għasafar protetti mejta.

Il-President tal-FKNK Joe Perici Calascione xehed li dwar il-ħtieġa biex jittieħdu passi f’dawn il-proċeduri. “Ħassejna li kien hemm disparita’ fil-mod kif kienet qed tiġi amministrata l-ġustizzja. Jekk jiena ninstab fil-pusess ta’ għasfur protett, irrispettivament, dwar kif jien ġejt fil-pusses ta’ li speċi, allura kont niġi proċessat,” huwa qal.

Mistoqsi mill-avukat difensur jekk jafx li l-għasafar fir-ritratt humiex ħajjin, Perici Calascione qal li teżisti l-possibilita’ li wħud mill-għasafar huma ħajjin, iżda huwa ma għamel l-ebda investigazzjonijiet fuq l-għasafar. L-Avukat Stephen Tonna Lowell qed jidher għall-attivisti tal- Birdlife, bil-każ qed jinstema’ quddiem il-Maġistrat Anthony Vella.