Internazzjonali

Konkorrenza qawwija ħafna b’appoġġ għal Charlie Hebdo

Sriebet twal iffurmaw quddiem ħwienet li jbigħu l-gazzetti fi Franza għall-edizzjoni riċenti tar-rivista satirika Charlie Hebdo.

Ħames miljun kopja ta’ din ir-rivista ġew stampati – ġimgħa wara li rġiel estremisti armati qatlu 12-il persuna fil-kwartieri tar-rivista u ħames persuni oħrajn f’attakki sussegwenti f’Pariġi.

L-ewwel paġna turi karikatura tal-Profeta Muhammad jibki waqt li qed iżomm kartellun bil-kliem “Jien Charlie”.

L-al-Qaeda fil-Jemen ħa responsabbiltà tal-attakk fuq ir-rivista u dan għamlu permezz ta’ filmat li sar mill-grupp terroristiku stess.

Oriġinarjament, tliet miljun kopja tar-rivista Charlie Hebdo ġew pubblikati għad-distribuzzjoni.

Kopji fi Franza malajr inbigħu dalgħodu. L-edituri mbagħad iddeċidew li jżidu l-pubblikazzjoni sa ħames miljun kopja. Issoltu, 60,000 kopja biss ikunu stampati kull ġimgħa.

Id-domanda għal dik li qed tissejjaħ “il-ħarġa ta’ min baqa’ ħaj” tar-rivista kienet kbira ħafna llum. Dan għax parti mill-qligħ se tmur b’risq il-familji tal-vittmi.

Fil-ħarġa tal-lumma kien hemm ebda karikatura oħra tal-Profeta Muhammad fil-paġni ta’ ġewwa, iżda kien hemm ħafna dwar estremisti Iżlamiċi.