Internazzjonali

L-al-Qaeda jerfa’ r-responsabbiltà għall-attakk f’Pariġi

L-al-Qaeda fil-Jemen refa’ r-responsabbiltà tal-attakk li sar fuq ir-rivista satirika Franċiża Charlie Hebdo u stqarr li l-attakk ġie ordnat mit-tmexxija tal-grupp militanti Iżlamiku talli r-rivista insultat lill-Profeta Muhammad.

Din hi l-ewwel darba li uffiċjalment grupp refa’ r-responsabbiltà dwar l-attakk, li tmexxa minn żewġ aħwa li kienu żaru l-Jemen fl-2011.

“Dwar il-battalja qaddisa ta’ Pariġi, aħna…nieħdu r-responsabbiltà ta’ din l-operazzjoni bħala att ta’ tpattija għall-Messaġġier ta’ Alla,” qal Nasser bin Ali al-Ansi, mexxej tal-fergħa tal-al-Qaeda fil-Jemen.

Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.