Lokali Qorti

“Ma kienx taħt l-influwenza tad-droga u jbati minn forma ta’ epilessija” – id-Difiża ta’ Mario Gatt

Mario Gatt, ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, wieġeb mhux ħati għall-akkuża ta’ qtil involontarju tal-Ġermaniż Rainer Mader f’każ ta’ hit and run nhar it-Tnejn f’Tas-Sliema.

Id-Difiża qalet li l-akkużat ibati minn kundizzjoni ta’ black-out ta’ bejn tlieta u ħames sekondi waqt li tenniet li, fil-ħin tal-inċident, ir-raġel ma kienx taħt l-influwenza tad-droga.

Sorsi infurmati jindikaw li Gatt għandu kundizzjoni relatata ma’ epilessija.

B’kollox, Gatt ġie mixli b’sitt akkużi nkluż traskuraġni fis-sewqan li kkaġunat il-mewt tal-Ġermaniż.

Il-Qorti laqgħet it-talba tad-Difiża għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat peress li għandu kondotta nadifa, imma appuntat lil missier l-akkużat bħala garanti għalih. Jekk l-akkużat jikser waħda mill-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest, jittieħdu proċeduri kontra missieru.

Il-Maġistrat Marsanne Farrugia qalet li l-kundizzjonijiet jinkludu li ma jistax jsuq vetturi u garanzija personali ta’ €20,000. Irid ukoll jiffirma darba fil-ġimgħa fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema.

Incident Hit and Run Sliema Vittma Rainer Mader Inset 120115