Il-Prim Ministru Joseph Muscat nefaq l-ispiża ta’ €6,827.95 biex matul is-sena 2014 laqqa’ l-Kabinett f’Għawdex.
L-informazzjoni dwar kemm swiet lill-Gvern il-laqgħa tal-Kabinett f’Għawdex li ma saritx fil-Ministeru għal Għawdex, ingħatat fil-Parlament mill-Prim Ministru għal tweġiba tax-Shadow Minister dwar Għawdex, Chris Said.
Fil-Parlament Chris Said staqsa kemm swiet il-laqgħa tal-Kabinett f’Għawdex matul is-sena li għaddiet, kif kienet maqsuma l-ispiża u kif intgħażlu dawk li taw is-servizz.
L-ispiza ta’ €6,827.95 kienet maqsuma f’€2,950 għal servizz ta’ arja kkundizzjonata; €992.85 għall-armar u żarmar tat-tagħmir meħtieġ; €1,893.90 f’kiri ta’ screens; u €991.20 fi transport, armar u żarmar u użu tal-mejda wżata għal-laqgħa.
Il-Prim Ministru qal ukoll li s-servizzi ngħataw skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern.
//= $special ?>