L-attakkant offensiv Pedro Calcado rritorna ma’ Sliema Wanderers wara li ntlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet u Mosta għas-self tal-plejer sa tmiem l-istaġun. Sliema għandhom l-għażla li jġeddu s-self għall-istaġun li ġej ukoll.
Pedrinho, kif inhu magħruf aħjar, beda l-karriera tiegħu f’Malta ma’ Msida St. Joseph qabel ħalla pajjiżna fl-2009. Hu rritorna lura f’Malta f’nofs l-istaġun 2009/10 propju ma’ Sliema Wanders sa tmiem l-istaġun.
L-istaġun ta’ wara Pedrinho qattgħu ma’ Balzan fl-Ewwel Diviżjoni fejn kien plejer importanti għall-promozzjoni fil-Premier. Hu ħalla lill-istess klabb f’Jannar 2013 lejn il-Brażil fejn lagħab għal Itumbiara u wara ma’ Police United fit-Tajlandja.
F’Jannar tas-sena li għaddiet hu rritorna lura f’Malta, fejn lagħab għal Balzan qabel ingħaqad ma’ Mosta F.C.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>