Student mill-Korea ta’ Fuq qed jistaħba fi Franza wara li missieru x’aktarx inqatel mir-reġim brutali mmexxi minn Kim Jong-un – u issa qed jibża’ għal ħajtu.
“Iż-żagħżugħ edukat, li għandu fuq l-20 sena, jinsab f’periklu kbir,” wissa spjun li ħarab minn Pyongyang.
Magħruf biss bl-ewwel isem ta’ Han, iż-żagħżugħ sparixxa ftit qabel il-Milied, u hu maħsub li qed jistaħba.
Qed jingħad li missier Han inqatel minn nies vjolenti li jaħdmu għar-reġim dittatorjali ta’ Kim Jong-un.
Il-missier kien qrib ta’ Jang Song-thaek, iz-ziju li xi darba kien b’saħħtu ta’ Kim Jong-un, li ngħata l-forka wara akkużi ta’ tradiment fl-2013.
L-aġent sigriet li ħarab mill-Korea ta’ Fuq, li issa qed juża l-isem fittizju ta’ Kim Dong-sik, qal li n-nies li kienu qrib ta’ Jang Song-thaek ġew eliminati.
Mistoqsi dwar jekk il-Korea ta’ Fuq hix qed iżżomm il-familja ta’ Han bħala ostaġġ sabiex iż-żagħżugħ imur lura f’art twelidu, Don-sik qal li x’aktarx il-membri l-oħra tal-familja wkoll jispiċċaw biex jinqatlu.
//= $special ?>