Raqda ħelwa matul il-ġurnata hi parti essenzjali mir-rutina ta’ kull tarbija.
Din tippermetti lit-trabi u lil tfal żgħar biex ilaħħqu ma’ żvilupp fiżiku u mentali li hu kruċjali u li jseħħ fis-snin bikrija ta’ kull tifel u tifla.
Iżda x-xjenzati issa jemmnu li l-irqad matul il-ġurnata wkoll hu importanti sabiex il-memorja tat-tarbija tissaħħaħ.
L-ewwel studju ta’ dan it-tip, li twettaq minn tim fl-Universita’ ta’ Sheffield u mill-Universita’ Ruhr f’Bochum fil-Ġermanja, identifika rabta bejn l-irqad u l-iżvilupp tat-trabi fl-ewwel sena tal-ħajja tagħhom.
Ir-riżultati tal-istudju żvelaw li raqda ta’ nofs siegħa tista’ issaħħaħ il-memorja ta’ tarbija, u tgħinhom biex iżommu ħiliet ġodda li jkunu tgħallmu.
//= $special ?>