Lokali

Wara 24 siegħa l-ħalliel tal-Maypole għadu ma nqabadx

Wara 24 siegħa għadu ma nqabadx il-ħalliel li lbieraħ wettaq serqa mill-ħanut tal-Maypole f’Ħ’Attard. Minkejja l-ħidma tal-Pulizija tal-RIU, il-moħħ wara din is-serqa għadu ma nqabadx, għalkemm il-ħidma ta’ tfittxija kienet waħda intensiva matul il-lejl li għadda u l-investigazzjonijiet li komplew matul il-ġurnata ta’ llum.

AKTAR KMIENI

L-Erbgħa filgħaxija saret serqa mill-ħanut Maypole f’ Ħ’Attard. Is-serqa saret għall-ħabta tas-19:00 meta raġel liebes kollox iswed b’wiċċu mgħotti b’maskra tal-karnival daħal fl-istabbiliment. Dak il-ħin kien hemm diversi persuni li kienu qed jixtru mill-ħanut fosthom mara tqila u diversi impjegati tal-ħanut.

Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post b’karozza. Mhux eskluż li kien hemm xi ħadd fil-karozza qed jistennih u li allura kien kompliċi fis-serqa.

Jirriżulta illi l-ħalliel jew ħallelin ħarbu fid-direzzjoni ta’ Ħal-Lija fejn ġew segwiti mill-Pulizija mir-rapid intervention unit. Il-ħalliel jew ħallelin għadhom ma nstabux.

10917411_614946791984299_4047851293993533702_n