Matul is-sena li għaddiet, il-Pulizija kellha 29 rapport dwar każijiet ta’ mużika għolja minn postijiet ta’ divertiment u żewġ rapporti minn residenzi privati, fl-inħawi ta’ San Pawil il-Baħar, Buġibba u l-Qawra.
B’rabta ma’ dawn ir-rapporti, diġà tressqu 21 persuna quddiem il-Qorti akkużati fuq dawn ir-rapporti. Xi wħud minn dawn il-persuni tressqu aktar minn darba. 11-il-persuna oħra għad iridu jitressqu l-Qorti.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament fuq mistoqsijiet li għamel id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, li talab lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, jagħti tagħrif dwar kemm saru rapporti ta’ mużika għolja fl-għassa tal-Qawra/San Pawl il-Baħar, u x’passi ttieħdu.
//= $special ?>