Lokali

Filmat: Il-Ministru Evarist Bartolo jikkonferma l-każi ta’ scabies f’ San Pawl il-Baħar

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo kkonferma li għat-tieni darba fi ftit xhur, fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar kien hemm każi ta’ scabies fost it-tfal. Dan is-sit hu nfurmat li b’kollox kienu kkonfermati 24 każ f’din l-iskola.

L-Erbgħa filgħodu l-ġenituri tat-tfal kellhom laqgħa mit-tobba fejn ingħataw informazzjoni dwar din il-marda u l-kura tagħha. Ingħataw ukoll ingwent li jintuża f’każi simili.

Dan hu t-tieni każ wara dak ta’ Novembru li għadda fejn l-iscabies affettwat il-klassijiet ta’ Kinder 2, Year 4 u Year 6.

Dakinhar, il-ġenituri tat-tfal kienu rrabjati għaliex l-iskola mhux qed titnaddaf. Il-Kap tal-Iskola minn naħa tagħha kienet ġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet edukattivi, iżda dan kien kollu għalxejn.

Iktar dwar il-każ ta’ Novembru li għadda hawn.

Ritratt: Arkivji