Dr Kari Poikolainen, li għal snin twal ħadem bħala espert tal-alkoħol għall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa saħaq li mill-istudji li għamel jirriżulta li jekk wieħed jikkonsma flixkun inbid jew bejn erba’ jew ħames pinet birra kuljum ma jkunx qed jagħmel ħsara lil ġismu.
Poikolainen ħabbar dan wara li analizza għexieren ta’ snin fi studju dwar l-effetti tal-alkoħol fuq ġisem il-bniedem.
Il-konklużjoni tiegħu kienet li ħsara lill-ġisem issir biss meta wieħed jikkonsma iktar minn tlettax-il unit ta’ alkoħol kuljum, jiġifieri bejn erba’ u ħames pinet birra, jew iktar minn flixkun inbid li normalment ikun fih għaxar units.
//= $special ?>