Parti mill-fabbrika tal-Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib illum ġarrbet nirien qawwija. Jirriżulta li n-nirien ħakmu ż-żona tas-silo li fih ikun hemm l-ikel għall-annimali. In-nar ħa għall-ħabta tal-3.45pm fi Triq Garibaldi l-Marsa.
Fil-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, hekk kif il-ħaddiema kollha kienu evakwati mill-post. L-ewwel informazzjoni tgħid li n-nirien oriġinaw minn short-circuit.
Aktar dettalji kif jaslulna …
//= $special ?>