Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, il-15 ta’ Jannar.

IN-NAZZJON ikompli jsegwi l-każ John Dalli – konferma li anke l-Avukat Ġenerali ta parir lill-Pulizija biex jipproċedu kontra l-eks Kummissarju Ewropew. Iżda Peter Paul Zammit ma kienx ħareġ il-mandat ta’ arrest. Il-ġurnal jippubblika wkoll ritratt illi juri ż-żiemel li baqa’ dieħel f’karozza f’Rue d’Argens il-Gżira – it-tieni każ tax-xorta tiegħu din is-sena.

THE TIMES OF MALTA tgħid illi nofs l-Alġerini li applikaw għall-visa matul is-sena li għaddiet ġew rifjutati.

L-ORIZZONT jgħid illi d-deputat laburista Marlene Farrugia se tivvota kontra li tibqa’ applikata d-deroga għall-kaċċa fir-Rebbiegħa.

THE MALTA INDEPENDENT turi ritratt tar-raġel miż-Żurrieq li tressaq il-Qorti akkużat bil-qtil involontarju tat-turist Ġermaniż f’Tas-Sliema nhar it-Tnejn li għadda.