Lokali Parlament Saħħa

Il-mediċina lill-pazjenti b’multiple sclerosis b’diffikultajiet fil-mixi mhix se tingħata b’xejn

Il-Gvern mhux se jagħti b’xejn il-mediċina ‘Fampyra’, li tingħata lil pazjenti adulti li jbatu bil-multiple sclerosis li taffettwa l-mixi, liema mediċina tgħin lil dawn il-pazjenti jtejbu l-mixja tagħhom.

Ix-Shadow Minister Claudio Grech, staqsa fil-Parlament lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi, jgħid jekk il-Gvern hux jippjana li jpoġġi l-mediċina ‘Fampyra’ fuq il-Formularju tal-Gvern biex jibdew jingħataw bla ħlas lill-pazjenti li jkollhom bżonnhom.

Il-Ministru Konrad Mizzi ddikjara li fix-xhur li għaddew, il-Government Formulary List Advisory Committee evalwa l-applikazzjoni flimkien mar-riċerka li saret mid-dipartiment, u ma rrakomandax li din il-mediċina tiġi nkluża fil-Formularju tal-Gvern.